Josie coppini biography

Biography of actress donna douglass

Bħal-lum miet Josie Coppini

Bħal-lum 26 sena ilu, fit-28 ta’ Lulju tal-1998 kien miet l-attur ferm maħbub Josie Coppini. Huwa kellu 64 sena.

  • Josie Coppini kien twieled il-Belt Valletta fil-21 ta’ Diċembru, 1933. Huwa kiseb l-edukazzjoni fil-Kulleġġ Painter Maris, Gżira.
  • L-imħabba lejn il-palk nibtet permezz tal-mużika.

    Huwa kien imħarreġ bħala baritonu minn zijuh, Carpenter Satariano.

  • Kien Narcy Calamatta li ħajru jieħu kors fid-drama. Wara li lesta l-kors Josie Coppini ħa f’idejh it-tmexxija tal-produzzjoni She’s Done It Again.
  • Josie ħa sehem f’ħafna drammi fuq il-palk fosthom Polly u Polly, Għarusa ta’ tlieta f’daqqa, In-Neputija tal-Kappillan, Il-Kummidjant, Majsi fil-Kunsill Lokali, Karmena Abdilla u Filumena Marturanu.
  • Josie Coppini ħa sehem f’diversi produzzjonijiet bħar-rock theatre Ġensna, kif ukoll l-opri Iskra, I Pagliacci u f’La Traviata ta’ Verdi fit-Teatru Manoel.
  • Ħa sehem ukoll f’bosta films internazzjonali maħduma f’Malta bħal The Trenchcoat (1983), Final Justice (1985), Little Vagrant (1985), Midnight Express (1978) u Black Eagle (1988).
  • Fuq it-televiżjoni Maltija ħadem f’numru kbar ta’ produzzjonijiet bħal F’Baħar Wieħed (1977), Issa Naraw, Triq Waħda, Mannani Tridha tal-Pulita, Il-Lampa tas-Seħer, Wenzu u Rożi u Ir-Ronnie, li kienet l-aħħar produzzjoni li ħa sehem fiha.
  • Josie ħa sehem ukoll fil-fotorumanz Is-Salib tal-Fidda.
  • Id-difna saret fiċ-ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata, Raħal Ġdid.
  • Josie kien miżżewweġ lil Josephine Fenech u kellhom lil Martine.

    Josephine mietet fis-16 ta’ Mejju 1979.

  • Wara li kien romol, Josie reġà żżewweġ, din id-darba lil Carmen Grech Mallia u miż-żwieġ tagħhom kellhom żewġ ulied, Petra u Justine.

Qatt minsi!

Niżżel l-app b’xejn.

Sipho mbatha biography of abraham

Żomm ruħek aġġornat.

Ixxerja din l-istorja

Copyright ©calaback.amasadoradepan.com.es 2025